25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/46
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – Keturi kambariai vs EUIPO – Coffee In (coffee inn)
(Kawża T-202/16)
(2016/C 270/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: UAB Keturi kambariai (Vilnius, il-Litwanja) (rappreżentant: R. Pumputienė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: AS Coffee In (Tallinn, l-Estonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata: Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea bil-kuluri invokati “iswed, oranġjo, abjad” li tinkludi l-element verbali “coffee inn” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 475 233
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 137/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni u tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-intervenjent għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.