27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/29
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Brancheforening for Regulerkraft i Danmark vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-203/16)
(2016/C 232/37)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Brancheforening for Regulerkraft i Danmark (Ikast, id-Danimarka) (rappreżentant: N. Gade, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 265 TFUE sa fejn, minkejja t-talba li tittieħed azzjoni li tinsab fid-dispożizzjoni inkwistjoni, hija fetħet il-proċedura formali ta’ għajnuna mill-Istat li hemm fl-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 2015/1589 u naqset, kuntrarjament għall-perjiodu speċifikat fl-Artikolu 9(6), li tadotta deċiżjoni fil-kawża dwar l-għajnuna mill-Istat SA.32699 u SA.32184 li tirrigwarda l-għajnuna mogħtija lill-fornituri tal-elettriku, li taffettwa s-suq irregolat tal-enerġija.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 265 TFUE, minn naħa, sa fejn ma fetħitx il-proċedura formali ta’ għajnuna mill-Istat qabel ma 29 xahar għaddew mill-ilment ippreżentat mir-rikorrenti u, fit-tieni lok, sa fejn hija ma ħadet l-ebda 31 xahar wara l-ftuħ tal-imsemmija proċedura.
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni rċeviet l-informazzjoni kollha neċessarja fi tmiem il-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat u li perijodu ta’ 31 xahar jista’ jitqies iktar minn biżżejjed sabiex isiru magħrufa l-fatti rilevanti tal-kawża, iktar u iktar peress li l-Kummissjoni ddedikat 29 xahar qabel il-proċedura ta’ investigazzjoni formali u, sa dan il-jum, total ta’ ħames snin, sabiex tinvestiga l-kawża.