27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/30
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – Sun Media vs EUIPO - Meta4 Spain (METABOX)
(Kawża T-204/16)
(2016/C 232/38)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Media Ltd (Central, Hong Kong, reġjun amministrattiv speċjali ta’ Hong Kong tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “METABOX” - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 819 125
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 307/2015-2
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, f’każ li hija tintervjeni f’din il-kawża, lill-parti l-oħra quddiem l-EUIPO, sabiex ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tar-rikorrenti għall-proċedimenti quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Bord tal-Appell tal-EUIPO.
Motivi invokati
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009,
—
ksur tal-Artikoli 75 u segwenti tar-Regolament Nru 207/2009,
—
ksur tal-obbligu tal-EUIPO li jeżerċita l-kompetenzi tiegħu skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.