11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/35
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Mejju 2016 – Bodegas Verdúguez vs EUIPO (TRES TOROS 3)
(Kawża T-206/16)
(2016/C 251/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Bodegas Verdúguez, SL (Villanueva de Alcardete, Spanja) (rappreżentanti: J. García Domínguez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “TRES TOROS 3” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 79 926
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 407/2015-5
Talbiet
—
tilqa’ dan ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, tannullaha u minflokha taddotta deċiżjoni oħra, għaliex tqis li:
1)
ma hijiex applikbbli għat-trade mark Komunitarja li saret applikazzjoni għaliha l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j);
2)
sussidjarjament, u biss fil-każ li Qorti Ġenerali tqis li l-projbizzjoni tal-Artikolu 7(1)(j) tapplika għat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha, tiddikjara li din l-appikazzjoni għandha ssir biss fir-rigward tal-prodotti “inbejjed”, u żżomm il-probizzjoni biss għal dawn il-prodotti u li t-trade mark tal-Unjoni Ewropea tista’ tiġi rreġistrata biss għall-prodotti l-oħra tal-klassi 33 imsemmija fl-applikazzjoni;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, b’rimbors tat-taxxa tar-rikors imħallsa lil dan tal-aħħar mir-rikorrenti, jekk ikun il-każ.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009.