11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/36
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-207/16)
(2016/C 251/42)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Aristoteleio Panepistimio Thessalonikis (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianòs, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ esklużjoni tar-rikorrent;
—
tannulla d-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni u ta’ attivazzjoni tar-rikorrent fis-Sistema ta’ twissijiet bikrija u/jew Sistema unika ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni); u
—
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors inkwistjoni, ir-rikorrent jitlob l-annullament, fl-ewwel lok, tad-deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u/jew tal-amministrazzjoni li taġġudika responsabbli li teskludi lir-rikorrent u, fit-tieni lok, l-annullament tad-deċiżjoni tal-uffiċjal awtorizzanti responsabbli u/jew tal-amministrazzjoni li taġġudika responsabbli li magħha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni jew waslet ir-reġistrazzjoni, kif ukoll bl-attivazzjoni tan-notifika ta’ esklużjoni min-naħa tal-Kummissjoni fil-konfront tar-rikorrent fis-Sistema ta’ twissijiet bikrija (Early Warning System) u/jew fis-Sistema unika ta’ detezzjoni bikrija u ta’ esklużjoni (Early Detection and Exclusion System), ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea.
Ir-rikorrent isostni li għandhom jiġu annullati l-atti kkontestati għal dawn il-motivi:
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-forom sostanzjali.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni 2014/792/UE (1), dwar is-Sistema ta’ twissijiet bikrija, u tar-Regolament 2015/1929 (2), dwar Sistema unika ta’ detezzjoni bikrika u ta’ esklużjoni, kif ukoll id-dritt tas-smigħ u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ trasparenza.
(1) 2014/792/UE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat- 13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 329 p. 68).
(2) Regolament (UE, Euratom) 2015/1929 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Ottubru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 286, p. 1).