4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/38
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2016 – Ranocchia vs ERCEA
(Kawża T-208/16)
(2016/C 243/42)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Graziano Ranocchia (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: C. Intino, avukat)
Konvenuta: Agenzia esecutiva del Consiglio europeo della ricerca (ERCEA) (Brussell, il-Belġju)
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għar-rimedji tal-ERCEA tas-26 ta’ Frar 2016, Ref. Ares (2016)1020667 – 29/02/2016, adottata fl-aħħar tal-ilment formali ppreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2016, kontra l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref. Ares (2015)5922529;
—
tannulla l-ittra ta’ evalwazzjoni tal-Professur José Labastida tas-17 ta’ Diċembru 2015, Ref Ares (2015)5922529 kif ukoll l-atti konnessi ma’ dawk iċċitati, fosthom il-lista tal-proġetti approvati mill-panel SH5-Cultures and Cultural Production tal-ERC-Cog-2015, magħmula pubblika mill-ERCEA permezz tal-istqarrija għall-istampa tat-12 ta’ Frar 2016;
—
tannulla kull att preliminari, konsekuttiv u konness.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka użu ħażin ta’ poter minħabba n-natura manifestament irraġonevoli tad-deċiżjoni, żnaturament tal-fatti li minnhom jirriżulta n-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta, kif ukoll ksur tal-leġiżlazzjoni tal-ERCEA relattiva għall-evalwazzjoni tal-proposti.
Il-proċeduri tal-għażla huma oġġettivament u soġġettivament żbaljati.
Fir-rigward tal-aspett oġġettiv, tiġi invokata d-differenza kbira bejn l-evalwazzjonijiet individwali tal-kummissarji (pożittivi ħafna) u d-deċiżjoni finali sħiħa (ċħid tal-proposta), kif ukoll l-applikazzjoni żbaljata tal-kriterji ta’ evalwazzjoni.
Fir-rigward tal-aspett soġġettiv, tiġi invokata n-natura qarrieqa fl-espożizzjoni tal-atti u tal-fatti li ddeterminaw in-nuqqas ta’ approvazzjoni tal-proposta. Tiġi enfasizzata b’mod partikolari l-varjazzjoni tal-kriterju tal-“eċċellenza” għall-finijiet tal-evalwazzjoni.