27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/30
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – Apax Partners UK vs EUIPO – Apax Partners Midmarket (APAX PARTNERS)
(Kawża T-209/16)
(2016/C 232/39)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Apax Partners UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Rose u J. Warner, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apax Partners Midmarket (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “APAX PARTNERS” – it-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 1 805 282
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Frar 2016, fil-Każ R 1611/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha u tordna li r-reġistrazzjoni tiġi stabbilita mill-ġdid fl-intier tagħha mill-EUIPO;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil kwalunkwe parti involuta f’dawn il-proċedimenti quddiem il-Bord għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċedimenti u għal dawk tal-appell quddiem il-Bord u tal-kanċellazzjoni Nru 779 C quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni.
Motiv invokat
—
ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.