4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/40
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO — Elho Business & Sport (FRee STyLe)
(Kawża T-212/16)
(2016/C 243/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Elho Business & Sport Vertriebs GmbH (München, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “FRee StyLe” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 10 317 642”
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12/02/2016 fil-Każ R 377/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009, moqri flimkien mal-Artikolu 52(1)(a) tal-istess test.
—
Koeżistenza tat-trade marks konfliġġenti flimkien ma’ sinjali oħra li jinkludu t-terminu “FREE STYLE”.
—
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell laqa’, b’mod żbaljat, il-provi prodotti mir-rikorrenti wara t-terminu preskritt għal dan fl-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009.