27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/31
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Mejju 2016 – SATA vs EUIPO (4600)
(Kawża T-214/16)
(2016/C 232/40)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: SATA GmbH & Co. KG (Kornwestheim, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Simon, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark tal-Unjoni “4600” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 965 595
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1942/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tiċħad it-trade mark tal-Unjoni Nru 13965595;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċeduri.
Motivi invokati
—
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-prinċipji ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ amministrazzjoni tajba.