11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/37
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2016 – Cop vs EUIPO - Conexa (AMPHIBIAN)
(Kawża T-215/16)
(2016/C 251/43)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Cop Vertriebs-GmbH (Aresing, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Hofmann, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Conexa LLC (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark “AMPHIBIAN” li tindika l-Unjoni Ewropea – reġistrazzjoni internazzjonali Nru 359 251 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 1984/2015-4
Talbiet
—
tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni kkontestata;
—
tannulla jew tbiddel id-deċiżjoni mogħtija, fl-14 ta’ Settembru 2015, mid-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) fil-proċedura għal annullament Nru 9736 C
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
—
tiffissa data għas-seduta.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c), u konsegwentement (b), tar-Regolament Nru 207/2009.