4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/42
Rikors ippreżentat fil-11 ta Mejju 2016 – Vignerons de la Méditerranée vs EUIPO - Bodegas Grupo Yllera (LE VAL FRANCE)
(Kawża T-216/16)
(2016/C 243/46)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Vignerons de la Méditerranée (Narbonne, Franza) (rappreżentant: M. Karsenty Ricard, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bodegas Grupo Yllera SL (Rueda, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “LE VAL FRANCE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 162 921
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 427/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni Nru B 2 307 737 magħmula mill-kumpannija Bodegas Grupo Yllera SL kontra l-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 162 921 tal-kumpannija Vignerons de la Méditerranée.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.