27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/33
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Perry Ellis International Group vs EUIPO (PRO PLAYER)
(Kawża T-220/16)
(2016/C 232/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Perry Ellis International Group Holdings Ltd (Nassau, il-Bahamas) (rappreżentanti: O. Günzel, C. Tenkhoff, avukati)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PRO PLAYER” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 258 595
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-24 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 1091/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.