25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/47
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2016 – Hansen Medical vs EUIPO – Covidien (MAGELLAN)
(Kawża T-222/16)
(2016/C 270/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hansen Medical, Inc. (Mountain View, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze, Solicitor, G. Würtenberger, T. Wittmann, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Covidien AG (Neuhausen am Rheinfall, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark “MAGELLAN” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 437 711
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Frar 2016 fil-Każijiet magħquda R 3092/2014-2 u R 3118/2014-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 15, 15(1)(a), 57(1), 63(2), 64, 75, 76(2) u 77 tar-Regolament Nru 207/2009.