11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/39
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2016 – Massive Bionics vs EUIPO – Apple (DriCloud)
(Kawża T-223/16)
(2016/C 251/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Massive Bionics, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Galindo Martens, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Apple, Inc. (Cupertino, California, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “DriCloud” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 723 509
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 339/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.