27.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 232/35
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Ipuri vs EUIPO – van Graaf (IPURI)
(Kawża T-226/16)
(2016/C 232/46)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Ipuri GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Sandberg, avukat)
Konvenut: L Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: van Graaf GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “IPURI” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 971 021
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 866/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-proċedimenti tal-appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 15 u tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 kif ukoll tar-Regola 22(3) u (4) tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikolu 78(1)(f) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 8(2)(a) fl-applikazzjoni tal-Artikolu 42(3) tar-Regolament Nru 207/2009.