4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/43
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – Haverkamp vs EUIPO – Sissel (xtajta taċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ)
(Kawża T-228/16)
(2016/C 243/48)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Reinhard Haverkamp (Kindberg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Waldenberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Sissel GmbH (Bad Dürkheim, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn “xatt iċ-ċagħaq bħala disinn tal-wiċċ” li jindika l-Unjoni Ewropea – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru DM/072198-0001 li tindika l-Unjoni Ewropea
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2619/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura u tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll tal-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002;
—
Ksur tal-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002.