25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/48
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2016 – Pio De Bragança vs EUIPO – Ordem de São Miguel da Ala (QUIS UT DEUS)
(Kawża T-229/16)
(2016/C 270/55)
Lingwa tar-rikors: il-Portugiz
Partijiet
Rikorrent: Duarte Pio De Bragança (Sintra, il-Portugall) (rappreżentant: J. Sardinha, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ordem de São Miguel da Ala (Lisbona, il-Portugall)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-element verbali “quis ut deus” –Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 005747936
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-26 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 621/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u, konsegwentement, tiddikjara l-invalidità tat-trade mark kollha kemm hi, minħabba assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark kontenzjuża fir-rigward tal-prodotti “Insinja tal-metall” tal-klassi 6;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
Ksur tal-Artikoli 15(1) u 51(1)(a) u (2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja fid-dawl tal-fatt li dan ir-rikors ġie ppreżentat skont l-Artikolu 65 tar-Regolament (UE) 2015/2424 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2015, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95 li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2869/95 dwar id-drittijiet pagabbli lill-Uffiċċju tal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinji).