18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/42
Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2016 – C & J Clark International vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-230/16)
(2016/C 260/53)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: C & J Clark International Ltd (Somerset, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tiddikjara r-rikors inammissibbli;
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/223, tas-17 ta’ Frar 2016, li jistabbilixxi proċedura għall-valutazzjoni ta’ ċerti talbiet għal trattament ta’ ekonomija tas-suq u għal trattment individwali li jsiru minn produtturi esportaturi miċ-Ċina u mill-Vjetnam, u li jimplimentaw is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawżi magħquda C-659/13 u C-34/14; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi stabbilit fl-Artikolu 5(1) u (2) TUE, sa fejn il-Kummissjoni aġixxiet billi bbażat ruħha fuq bażi legali żbaljata;
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 266 TFUE, sa fejn il-Kummissjoni ma adottatx il-miżuri neċessarji biex tikkonforma ruħha mas-sentenza C & J Clark International u Puma (C-659/13 u C-34/14, EU:C:2016:74);
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 5(1) u (4) TUE, sa fejn il-Kummissjoni adottat att li jmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħaq l-għan imfittex minnha; u
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq abbuż ta’ poter mill-Kummissjoni, sa fejn din tal-aħħar abbużat mill-kompetenzi tagħha għal finijiet differenti minn dawk li ngħatawlha għalihom.