4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/46
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Mejju 2016 – Meissen Keramik vs EUIPO – Staatliche Porzellan Manufaktur Meissen (Meissen)
(Kawża T-234/16)
(2016/C 243/51)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Meissen Keramik GmbH (Meißen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Vohwinkel u M. Bagh, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staatliche Porzellan-Manufaktur Meissen GmbH (Meißen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni verbali “Meissen” – trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Marzu 2016 fil-Kawżi magħquda R 2620/2014-4 u R 2622/2014-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn twassal għal żvantaġġ għar-rikorrenti, jiġifieri sa fejn hija ċaħdet l-appell tal-applikant u rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali u sa fejn hija, barra minn hekk, fuq appell tal-proprjetarju tat-trade mark ikkontestata, annullat id-deċiżjoni kkontestata tad-Divizjoni tal-Kanċellazzjoni u ċaħdet ukoll it-talba ta’ kanċellazzjoni wkoll f’dan ir-rigward;
—
sa fejn il-Qorti Ġenerali tqis lilha nnifisha kompetenti sabiex tirriforma d-deċiżjoni kkontestata: tiddikjara r-revoka tad-drittijiet kollha fir-rigward tat-trade mark tal-Unjoni Nru 3 743 663 – u fin-nuqqas ta’ dan u għall-kumplament: tibgħat lura l-kawża quddiem l-EUIPO.
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.