1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/30
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Mejju 2016 – GP Joule PV vs EUIPO – Green Power Technologies (GPTech)
(Kawża T-235/16)
(2016/C 279/44)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: GP Joule PV GmbH & Co. KG (Reußenköge, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Döring, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Green Power Technologies, SL (Bollullos de la Mitación, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GPTech” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 593 869
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tad-9 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 848/2015-2
Talbiet
—
tibdel id-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-applikazzjoni tal-applikant għat-trade mark Nru 12 593 869;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata.
Motivi invokati
—
Ksur tar-Regolament Nru 207/2009, sa fejn ma tqiesx li r-rekwiżiti ta’ informazzjoni stabbiliti mir-Regola 17(4) tar-Regolament Nru 2868/95, li hija intiża li tipproteġi lill-opponent, kienu applikabbli;
—
Ksur ta’ forma proċedurali sostanzjali, sa fejn il-proċedimenti ma kinux ġusti għall-opponent skont l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;
—
Nuqqas tal-Uffiċċju li jinforma lill-opponent li l-prerekwiżiti stabbiliti mir-Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95 ma kinux issodisfatti;
—
Applikazzjoni żbaljata tar-Regola 76(2) tar-Regolament Nru 2868/95, sa fejn il-proċedimenti ma kinux ġusti għall-opponent fid-dawl tan-nuqqasijiet fil-formola għall-preżentata elettronika tal-oppożizzjoni u fl-informazzjoni pprovduta mid-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni;
—
Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.