4.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 243/47
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2016 – Polskie Zdroje vs EUIPO (perlage)
(Kawża T-239/16)
(2016/C 243/53)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Polskie Zdroje sp. z o. o. sp. k. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: T. Gawrylczyk, radca prawny [konsulent legali])
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali tal-Unjoni “perlage” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 472 899
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1129/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.