11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/40
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – El Corte Inglés vs EUIPO – WE Brand (EW)
(Kawża T-241/16)
(2016/C 251/46)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti J. Rivas Zurdo, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: WE Brand Sàrl (Lussemburgu, il-Lussemburgu)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “EW” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 12 326 468
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 426/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna għall-ispejjeż lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.