1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/31
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2016 – Aurora Group Danmark A/S vs EUIPO – Retail Distribution ApS (PANZER)
(Kawża T-246/16)
(2016/C 279/45)
Lingwa tar-rikors: id-Daniż
Partijiet
Rikorrenti: Aurora Group Danmark A/S (Ballerup, id-Danimarka) (rappreżentant: L. Elmgaard Sørensen)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Retail Distribution ApS (Hinnerup, id-Danimarka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “PANZER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 12 111 084
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-3 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 447/2015-1
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata fir-rigward ta’ “Kompjuters, telefowns ċellulari, smart phones u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; phone charms, protetturi mill-grif, casing ta’ protezzjoni u covers għat-telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; holders, cases u covers għal telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo; partijiet, fittings u aċċessorji għal telefowns ċellulari, smart phones, kompjuters u tagħmir ieħor elettroniku portabbli u li jinżamm fl-idejn għar-reġistrazzjoni, organizzazzjoni, trażmissjoni, manipulazzjoni u reviżjoni ta’ testi, data, fajls ta’ stampi u awdjo”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
annullament tal-Artikolu 7(1)(b), (c) jew (d) tar-Regolament Nru 207/2009.