25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/52
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA)
(Kawża T-248/16)
(2016/C 270/59)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Walfood SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Cornu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Romanov Holding, SL (La Moraleja, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tinkludi l-element verbali “CHATKA” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 943670
Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 150/2015-5
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.