18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/45
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Mejju 2016 – Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-251/16)
(2016/C 260/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Jelínek, membru tal-persunal, assistit minn G. M. Roberti u I. Perego, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-2 ta’ Marzu 2016, C(2016)1449 finali dwar applikazzjoni għal tneħħija tal-immunità, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 1(2);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur ta’ dritt u żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea. Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex konformi mal-kriterji tad-dritt li jirregola t-tneħħija tal-immunità minn proċeduri legali tad-Direttur Ġenerali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) u hija bbażata fuq qari manifestament żbaljat tal-elementi tal-fajl. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata ma evalwatx korrettament l-interess tal-Unjoni u tippreġudika l-indipendenza tad-Direttur Ġenerali tal-OLAF.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur ta’ dritt u fuq proċess deċiżjonali distort.
3.
It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.
4.
Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u tal-garanziji proċedurali.