8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/23
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Beyond Scale)
(Kawża T-252/16)
(2016/C 287/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cleversafe (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: A. Lingenfelser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “Beyond Scale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 975 438
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 2239/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
It-trade mark inkwistjoni, fit-totalità tagħha, ma tiġix ipperċepita bħala messaġġ promozzjonali ta’ tifħir peress li ma jinkludi l-ebda indikazzjoni tal-oriġini kummerċjali.