8.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 287/23
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Mejju 2016 – Cleversafe vs EUIPO (Storage Beyond Scale)
(Kawża T-253/16)
(2016/C 287/29)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cleversafe, Inc. (Chicago, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: A. Lingenfelser, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Storage Beyond Scale” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 975 446
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 2240/2015-4
Talbiet tar-rikorrent
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
Motiv invokat
—
Il-kliem li jifformaw it-trade mark ma humiex limitati għal tifsira ta’ tifħir kif qed jipproponi l-Eżaminatur.