11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/42
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2016 – Steel Invest & Finance (Luxembourg) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-254/16)
(2016/C 251/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Steel Invest & Finance (Luxembourg) SA (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. van den Broucke, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
prinċipalment:
—
tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u naqset mill-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni fil-klassifikazzjoni tal-eżistenza ta’ vantaġġ li jirriżulta mis-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg), kemm għal dak li jirrigwarda l-analiżi tal-komparabbiltà tas-self Sumitomo u tas-self Rabobank kif ukoll għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni tal-2008 dwar ir-rati ta’ referenza;
sussidjarjament:
—
tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni għal dak li jirrigwarda l-kompatibbiltà tas-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg) billi qieset li l-Komunikazzjoni tal-2009 li tistabbilixxi qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-aċċess għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali ma kinitx applikabbli;
f’kull każ u konsegwentment:
—
tannulla l-Artikolu 1(e) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2016) 94, tal-20 ta’ Jannar 2016, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33926 2013/C implementati mill-Belġju favur Duferco;
—
tannulla l-Artikoli 2 sa 4 tad-deċiżjoni sa fejn dawn jirrigwardaw is-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg);
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ vantaġġ li jirriżulta mis-self mogħti mill-Foreign Strategic Investment Holding lil Steel Invest & Finance (Luxembourg) u fuq l-iżball ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet meta sostniet li s-self inkwistjoni kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni li l-Kummissjoni allegatament wettqet għal dak li jirrigwarda l-applikazzjoni tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Qafas temporanju għal miżuri ta’ għajnuna mill-Istat biex isostnu l-appoġġ [aċċess] għall-finanzjament fil-kriżi finanzjarja u ekonomika attwali (ĠU 2009, C 83, p. 1).