11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/44
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Mediterranean Premium Spirits vs EUIPO - G-Star Raw (GINRAW)
(Kawża T-258/16)
(2016/C 251/50)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Mediterranean Premium Spirits, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. Mora Granell u J. Romaní Lluch, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: G-Star Raw CV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “GINRAW” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 431 681
Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-14 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1583/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn tirrifjuta r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 12 431 681 “GINRAW” fil-klassijiet 21 u 33 u, konsegwentemnt, tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark; u
—
tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li tintervjeni G Star Raw CV, lil din l-intervenjenti.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) u 75 tar-Regolament Nru 207/2009.