11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/45
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Mejju 2016 – Trost Auto Service Technik vs EUIPO (AUTOSERVICE.COM)
(Kawża T-259/16)
(2016/C 251/51)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Trost Auto Service Technik SE (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Kohl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “AUTOSERVICE.COM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 593 678
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-14 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 1770/2015-4
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti fil-kuntest tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.