25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/52
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Mejju 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-261/16)
(2016/C 270/60)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417, tas-27 ta’ Marzu 2016, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 75, p. 16), fil-parti fejn teskludi mill-finanzjament l-ammont ta’ EUR 385 762,22 fir-rigward tal-infiq iddikjarat mill-Portugall bħala miżuri ta’ għajnuna speċifika skont l-Artikolu 68 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, għas-snin finanzjajri 2011, 2012 u 2013;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 46(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1122/2009 – Osservanza mill-awtoritajiet Portugiżi tar-regoli kollha relatati mal-“pagament addizzjonali għal kull ras ekwivalenti ta’ baqra li tal-ħalib” bħala għajnuna speċifika stabbilita mill-Gvern tal-Portugall skont l-Artikolu 86 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 73/2009.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1290/2005, talli ma ġewx issodisfati r-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni fil-linji gwida uniformi tad-dokument Nru VI/5330/97, għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 2 %.