11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/45
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Pempe vs EUIPO - Marshall Amplification (THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS)
(Kawża T-271/16)
(2016/C 251/52)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yusuf Pempe (Créteil, Franza) (rappreżentant: A. Vivès Albertini, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Marshall Amplification plc (Milton Keynes, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-element verbali “THOMAS MARSHALL GARMENTS OF LEGENDS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 570 264
Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 376/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 207/2009 dwar il-prova tal-użu u l-possibbiltà ta’ konfużjoni bejn is-sinjali.