25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/55
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Sun Media vs EUIPO – Meta4 Spain (METAPORN)
(Kawża T-273/16)
(2016/C 270/62)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sun Media Ltd (Central Hong Kong, ir-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina) (rappreżentant: A. Schnider, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meta4 Spain, SA (Las Rozas, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża: it-trade mark verbali UE “METAPORN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 819 281
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-3 ta’ Marzu 2016 fil-Każijiet Magħquda R 653/2015-2 u R 674/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO u, fil-każ li tintervjeni bil-miktub, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO, ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u jikkumpensaw l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fil-proċeduri ta’ appell quddiem l-EUIPO.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikoli 75 et seq tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tad-dmir tal-EUIPO li jeżerċita l-poteri tiegħu skont il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.