11.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 251/46
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Viridis Pharmaceutical vs EUIPO - Hecht-Pharma (Boswelan)
(Kawża T-276/16)
(2016/C 251/53)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Viridis Pharmaceutical Limited (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentanti: C. Spintig, S. Pietzcker u M. Prasse, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hecht-Pharma GmbH (Hollnseth, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO
Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni “Boswelan” – Trade mark tal-Unjoni Nru 3 381 563
Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Frar 2016 fil-Każ R 2837/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tiċħad l-appell tar-rikorrenti kontra d-deċiżjoni li tiddikjara r-revoka tad-drittijiet tagħha fuq it-trade mark tal-Unjoni Nru 3 381 563 f’dak li jikkonċerna l-“mediċini għat-trattament tal-isklerożi multipla”;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tar-rikorrenti.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – użu ġenwin mit-trade mark;
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 – raġuni siewja għan-nuqqas ta’ użu;
—
Ksur tal-Artikolu 83 tar-Regolament Nru 207/2009, b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.