1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/34
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Mejju 2016 – Atlas Copco Airpower u Atlas Copco vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-278/16)
(2016/C 279/49)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Atlas Copco Airpower (Antwerp, il-Belġju) u Atlas Copco AB (Nacka, l-Isvezja) (rappreżentanti: A. von Bonin, A. Haelterman u O. Brouwer, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Jannar 2016 dwar l-iskema ta’ għajnuna mill-Istat dwar l-eżenzjoni tal-profitt żejjed SA.37667 (2015/C) (ex 2015/NN);
—
tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-identifikazzjoni tal-allegata miżura ta’ għajnuna mill-Istat u l-klassifikazzjoni tagħha bħala skema ta’ għajnuna skont l-Artikolu 1(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 107 TFUE.
2.
It-tieni motiv, huwa bbażat fuq żball ta’ liġi u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE billi kkunsidrat li l-Iskema ta’ Aġġustamenti tal-Profitti Eċċessivvi kienet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.
3.
It-tielet motiv, huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-benefiċjarji tal-għajnuna allegata, inkonsistenza fil-kunsiderazzjoni tal-gruppi multinazzjonali bħala benefiċjarji kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ legalità u tal-Artikolu 16(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
4.
Ir-raba’ motiv, huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipji taċ-ċertezza legali, tal-aspettattivi leġittimi u tal-amministrazzjoni tajba.