18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/49
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Dominator International vs EUIPO (DREAMLINE)
(Kawża T-285/16)
(2016/C 260/61)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Dominator International GmbH (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: N. Gugerbauer, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “DREAMLINE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 222 091
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1669/2015-2
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.