18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/50
Rikors ippreżentat fit-2 ta Ġunju 2016 – Kneidinger vs EUIPO – Topseat International (Toilettendeckel)
(Kawża T-286/16)
(2016/C 260/62)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ernst Kneidinger (Wilhering, l-Awstrija) (rappreżentant: M. Grötschl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Topseat International (Plano, Texas, l-Istati Uniti tal-Amerka)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 2274035-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-5 ta’ April 2016 fil-Każ R 1030/2015-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura, b’mod partikolari għall-ispejjeż relatati ma’ dan ir-rikors kif ukoll mal-ispejjeż l-oħra ta’ eventwali seduta u mal-ispejjeż tal-ivjaġġar - u għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 6(1) u (3) tar-Regolament Nru 6/2002.