25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/62
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2016 – Il-Belġju vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-287/16)
(2016/C 270/68)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti, assistiti minn É. Grégoire u J. Mariani, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
prinċipalment, tannulla d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/417 tas-17 ta’ Marzu 2016, safejn din tiċħad l-iffinanzjar tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tar-Renju tal-Belġju fl-ammont ta’ EUR 9 601 619,00 (Partita tal-Baġit: 6701);
—
sussidjarjament, tannulla parzjalment l-imsemmija deċiżjoni li tiċħad il-finanzjament Komunitarju fl-ammont ta’ EUR 9 601 619,00 billi dan jinkludi l-ammont ta’ EUR 4 106 470,02, li diġà bbenefika preċedentement minnhom il-FAEG;
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, huwa bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 31(1) u tal-Artikolu 32(8) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2005, L 209, p. 1), minħabba li l-Kummissjoni ma wrietx li l-ispiża mwettqa mill-aġenzija tal-pagamenti Belġjana ma hijiex konformi mad-dritt Komunitarju u li l-assenza ta’ rkupru jew l-irregolarità kellha bħala oriġini irregolarità jew negliġenza imputabbli lill-Bureau d’Intervention et de Restitution belge (uffiċċju Belġjan għal miżuri ta’ intervent u għal ħlas lura (BIRB).
2.
It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità minħabba li l-ammont miċħud ma jikkorrispondix għall-gravità tan-nuqqas ta’ konformità kkonstatata u li ma tteħidx inkunsiderazzjoni d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea.