1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/35
Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ġunju 2016 – Anta (China) vs EUIPO (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji mpinġija)
(Kawża T-291/16)
(2016/C 279/50)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Anta (China) Co. Ltd (Jinjiang City, iċ-Ċina) (rappreżentati minn: A. Franke, K. Hammerstingl, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontezjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea (Rappreżentazzjoni ta’ żewġ linji mpinġija) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 581 483
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1292/2015-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.