1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/36
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MONT ORIGINAL Super Slims)
(Kawża T-292/16)
(2016/C 279/51)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar Serrano, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GOLD MONT ORIGINAL Super Slims” – Trade mark tal-Unjoni Nru 11 361 714
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ April 2016 fil-Każ R 2492/2014-4
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara s-sospensjoni tar-rikors R 2492/2014-4 sakemm tittieħed deċiżjoni fil-proċedimenti paralleli R 1857/2015-4 (li għadha pendenti quddiem il-Qorti Ġenerali) li ssir finali;
—
tikkundanna lill-EUIPO (il-Bord tal-Appell) jew, sussidjarjament, il-parti l-oħra fil-proċedimenti għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza quddiem il-liġi u ta’ imparzjalità.