1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/38
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2016 – Kaane American International Tobacco vs EUIPO – Global Tobacco (GOLD MOUNT)
(Kawża T-294/16)
(2016/C 279/53)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kaane American International Tobacco Co. Ltd. (Jebel Ali, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: G. Hinarejos Mulliez, I. Valdelomar, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Global Tobacco FZCO (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “GOLD MOUNT” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-8 ta’ April 2016, fil-Każ R 1857/2015-4
Talbiet
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tiddikjara li r-reġistrazzjoni tat-trade mark (figurattiva) tal-Unjoni Ewropea Nru 7 157 233“GOLD MOUNT” hija valida għall-prodotti kollha koperti;
—
tikkundanna lill-EUIPO (il-bordijiet tal-appell) jew, sussidjarjament, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, għall-ispejjeż ta’ din il-kawża.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.