25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/66
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – East West Consulting vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-298/16)
(2016/C 270/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: East West Consulting SPRL (Nandrin, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
—
tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;
konsegwentement,
—
tiddikjara r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Kummissjoni Ewropea;
—
tikkundanna lill-konvenuta sabiex tagħmel tajjeb għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti evalwat, taħt kundizzjonijiet li jridu jiġi ddefiniti, għas-somma ta’ EUR 496 000;
—
fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur suffiċjentement ikkaratterizzat mir-regoli tad-dritt li l-Kummissjoni allegatament wetqet meta din irreġistrat, abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/969/KE, Euratom tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija għall-użu mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU 2008, L 344, p. 125), l-avviż “W3b” fis-sistema tat-twissija bikrija (SAP) kontra r-rikorrenti, wara investigazzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF), li tidentifika l-livell ta’ riskju assoċjat mar-rikorrenti bħala offerent li jirbaħ il-kuntratt pubbliku għal servizzi dwar proġett intiż li jsaħħaħ il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fl-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja. Dan il-motiv huwa maqsum f’ħames partijiet:
—
L-ewwel parti, skont liema d-deċiżjoni dwar ir-reġistrazzjoni tal-avviż tar-rikorrenti fl-SAP (iktar il quddiem, id-“deċiżjoni SAP”) hija illegali, sa fejn hija kienet nieqsa minn bażi legali, kienet tikser l-Artikolu 5 TUE u d-dritt fundamentali tal-preżunzjoni ta’ innoċenza;
—
It-tieni parti, skont liema d-deċiżjoni SAP hija illegali, sa fejn hija tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali fir-rigward tal-kundizzjonijiet dwar l-avviż “W3b”;
—
It-tielet parti, skont liema d-deċiżjoni SAP hija illegali, sa fejn hija tirriżulta minn ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba, tad-drittijiet tad-difiża, tad-dritt fundamentali għal smigħ, kif ukoll tal-obbligu ta’ motivazzjoni;
—
Ir-raba’ parti, invokata sussidjarjament, skont liema l-Kummissjoni allegatament kisret id-deċiżjoni SAP, l-obbligu ta’ motivazzjoni msemmi fl-Artikolu 41 tal-Karta, id-dmir ta’ diliġenża u l-prinċipju ta’ proporzjonalità;
—
Il-ħames parti, skont liema l-motiv ta’ rifjut tal-ftehim tal-Kummissjoni kien allegatament irregolari, sa fejn kien jikser l-ispeċifikazzjonijiet tal-kuntratt.
2.
It-tieni motiv, ibbażat fuq id-dannu mġarrab mir-rikorrenti u fuq ir-rabta kawżali bejn l-aġir skorrett tal-Kummissjoni u tali dannu.