29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/24
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-300/16)
(2016/C 314/34)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja) u Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387, tas-17 ta’ Marzu 2016, li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta’ ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti; u
—
tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi ddeterminat il-prezzijiet tal-esportazzjoni, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 2(8), 2(9), 3(2), 3(3), 3(6) u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li permezz tad-determinazzjonijiet tagħha dwar l-effetti fuq il-prezzijiet, l-eżistenza ta’ dannu u r-rabta ta’ kawżalità, il-Kummissjoni kisret l-Artikoli 3(2), 3(3), 3(5), 3(6), 3(7), 3(8), 4(1), 5(4) u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 minħabba l-assenza ta’ komunikazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali u tal-għoti ta’ terminu suffiċjenti sabiex jiġu ppreżentati osservazzjonijiet.