29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/25
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Jindal Saw u Jindal Saw Italia vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-301/16)
(2016/C 314/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Jindal Saw Ltd (New Delhi, l-Indja) u Jindal Saw Italia SpA (Trieste, l-Italja) (rappreżentanti: R. Antonini u E. Monard, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/387 tas-17 ta’ Marzu 2016 li jimponi dazju kompensatorju definittiv fuq l-importazzjonijiet ta' tubi u pajpijiet tal-ħadid fondut duttili (magħruf ukoll bħala grafit ta' ħadid fondut sferojdali), li joriġinaw mill-Indja, sa fejn dan japplika għar-rikorrenti; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1.
L-ewwel motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tal-prezzijiet għall-esportazzjoni, kisret l-Artikolu 2(8) u (9), l-Artikolu 3(2), (3) u (6), u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.
2.
It-tieni motiv li jgħid li l-Kummissjoni, bid-determinazzjoni tagħha fir-rigward tal-effetti fuq il-prezzijiet, tal-eżistenza ta’ dannu u ta’ rabta kawżali, kisret l-Artikolu 3(2), (3), (5), (6), (7) u (8), l-Artikolu 4(1), l-Artikolu 5(4) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009.
3.
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 20(4) u (5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1225/2009 minħabba n-nuqqas ta’ komunikazzjoni tal-fatti u tal-kunsiderazzjonijiet essenzjali u ta’ għoti ta’ terminu suffiċjenti għall-preżentata tal-osservazzjonijiet.