1.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 279/40
Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ġunju 2016 – Bay vs Il-Parlament
(Kawża T-302/16)
(2016/C 279/55)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Nicolas Bay (La Celle Saint Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Cuignache, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tannulla d-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2016;
—
tannulla d-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2016;
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1.
L-ewwel motiv huwa bbażat fuq irregularitajiet tal-proċedura interna u fuq in-nullità tad-deċiżjoni tal-President tal-Parlament Ewropew tad-9 ta’ Marzu 2016 kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ April 2016, li jiddikjaraw fil-konfront tar-rikorrenti s-sanzjoni tat-telf tad-dritt għal allowance tal-għajxien għal perijodu ta’ ħames snin. L-ewwel deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal amministrazzjoni tajba u l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet. It-tieni deċiżjoni kkontestata tikser id-dritt għal trattament imparzjali u ekwu mill-istituzzjonijiet, organi u korpi tal-Unjoni u id-dritt għal smigħ xieraq.
2.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-assenza ta’ provi materjali li jistgħu juru l-fatti attribwiti lir-rikorrent u, b’mod partikolari, fuq l-użu minn dan tal-aħħar tal-karta tal-vot ta’ deputat Ewropew ieħor.
3.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq l-inkonsistenza u fuq l-inammissibbiltà tax-xhieda li fuqhom kienet imsejsa s-sanzjoni imposta fuq ir-rikorrent.
4.
Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq l-impossibbiltà materjali tar-rikorrenti li jivvota minflok deputat Ewropew ieħor.