16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/24
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ġunju 2016 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-303/16)
(2016/C 296/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
—
tannulla d-Deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea tal-4 ta’ April 2016 (C(2016) 2083(finali)); u
—
tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha u dawk ta’ Novartis.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
1.
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2016 hija illegali sa fejn tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet ta’ esklużività tas-suq ta’ prodotti mediċinali orfni ta’ Novartis għall-prodott tagħha TOBI Podhaler skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 (1) dwar prodotti mediċinali orfni u għaliex il-kundizzjonijiet fl-Artikolu 8(3) ta’ dak ir-regolament biex jagħtu deroga minn dawn id-drittijiet ta’ esklużività tas-suq ta’ prodotti mediċinali orfni ma ġewx sodisfatti.
2.
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ April 2016 ġiet ippreparata u adottata bi ksur tad-“Dmir ta’ Kura” magħruf ukoll bħala l-“Prinċipju ta’ Diliġenza”, speċifikament minħabba nuqqas biex tittieħed inkunsiderazzjoni d-data xjentifika rilevanti kollha dwar il-prodotti mediċinali kkonċernati, u minħabba nuqqas li tiġi kkonsultata Novartis bħala parti interessata fl-evalwazzjoni xjentifika.
(1) Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).
Full & Egal Universal Law Academy