16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/26
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2016 – Gamet vs EUIPO – “Metal-Bud” Robert Gubała (pum ta’ bieb)
(Kawża T-306/16)
(2016/C 296/35)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Gamet S.A. (Toruń, il-Polonja) (rappreżentant: A. Rolbiecka, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Firma produkcyjno-handlowa “Metal-Bud” Robert Gubała (Świątniki Górne, il-Polonja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tad-disinn kontenzjuż: ir-rikorrent
Disinn kontenzjuż ikkonċernat: disinn Komunitarju “pum ta’ bieb” – disinn Komunitarju Nru 2 208 066-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-17/03/2016 fil-Każ R 2040/2014-3
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO, tas-17 ta’ Marzu 2016, fil-Każ R 2040/2014-3, dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità tad-disinn Komunitarju rreġistrat 002208066-0001;
—
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 6/2002 billi ġew aċċettati provi tardivi, jiġifieri dikjarazzjoni tar-rappreżentant tal-impriża Klamex, minkejja l-fatt li din il-prova kienet tinkludi informazzjoni totalment ġdida għall-proċedimenti, li ma kinitx ikkonfermata minn provi prodotti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni;
—
Ksur tal-Artikolu 63(1) tar-Regolament Nru 6/2002 minħabba l-konstatazzjoni inkorretta u arbitrarja li provi prodotti mill-parti l-oħra kkonfermaw li ma kienx hemm differenzi materjali bejn id-disinn Komunitarju rreġistrat u d-disinn tal-pum “DORA”:
—
fil-forma u fil-proporzjonijiet tal-fus,
—
fil-proporzjonijiet tal-fus u tal-parti tal-qabda,
—
fil-fond tal-qabda tal-pum,
—
il-grad ta’ angolatura tal-qabda tal-pum,
—
l-arrotondament tat-trufijiet tal-pum.
—
Ksur tal-Artikoli 4 u 6(2) tar-Regolament Nru 6/2002, moqrija flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, minħabba evalwazzjoni żbaljata tal-libertà fid-disinn ta’ pumijiet ta’ bibien billi ġie ddikjarat li l-grad ta’ libertà tad-disinjatur fid-disinn ta’ pumijiet ta’ bibien kien kważi mingħajr limiti u kien jirriżulta mill-fatt li l-Bord ma kienx ħa inkunsiderazzjoni karatteristiċi li disinjatur messu ħa inkunsiderazzjoni fid-disinn tal-pum ta’ bieb;
—
Ksur tal-Artikoli 4 u 6 tar-Regolament Nru 6/200 minħabba l-konstatazzjoni żbaljata li d-disinn Komunitarju rreġistrat ma jipproduċix, fuq l-utent informat, impressjoni globali differenti mill-impressjoni prodotta mill-pum “DORA”.
Full & Egal Universal Law Academy