16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/27
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Ġunju 2016 — Cafés Pont vs EUIPO — Giordano Vini (Art’s Café)
(Kawża T-309/16)
(2016/C 296/36)
Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Cafés Pont, SL (Sabadell, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. M. Manresa Medina, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Giordano Vini SpA (Diano d’Alba, l-Italja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark figurattiva tal-Unjoni li tinkludi l-elementi verbali “Art’s Café” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ revoka
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ April 2016 fil-Każ R 1110/2015-2
Talbiet
—
tagħti sentenza li tilqa’ r-rikors, li tħassar ir-revoka minħabba n-nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 5 622 345 u li tikkonferma l-użu tal-imsemmija trade mark; u
—
tikkundanna lill-EUIPO u lil partijiet oħra li possibbilment qed isostnuh għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikoli 51(1)(a) u (b) u 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy