22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/42
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2016 – Walfood vs EUIPO – Romanov Holding (CHATKA)
(Kawża T-312/16)
(2016/C 305/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Walfood SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: E. Cornu, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Romanov Holding, SL (La Moraleja, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea fir-rigward tat-trade mark “CHATKA” – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 876349 li tindika l-Unjoni Ewropea
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 2870/2014-5
Talbiet
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
—
Ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy