16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/28
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2016 – Make up for ever vs EUIPO – L’Oréal (MAKE UP FOR EVER)
(Kawża T-320/16)
(2016/C 296/37)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Make up for ever (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Caron, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: L’Oréal SA (Pariġi, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “MAKE UP FOR EVER” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 3 416 443
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 985/2015-5
Talbiet
—
tiddikjara l-validità tat-trade mark verbali Komunitarja “MAKE UP FOR EVER” Nru 003416443 għall-prodotti u għas-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
—
tibgħat lura l-kawża quddiem il-EUIPO għal evalwazzjoni ulterjuri jekk neċessarja;
—
tikkundanna lill-kumpannija L’OREAL għall-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċediment quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tal-EUIPO, mill-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO u minn din il-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali.
Motivi invokati
—
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;
—
Ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009.
Full & Egal Universal Law Academy